It-telfa ta’ Milan kontra Juventus, li waslet wara ġimgħa ta’ rtir għall-iskwadra ta’ Siniša Mihajlović, wasslet biex dan tal-aħħar jitneħħa minn kowċ.
L-aħbar mistennija toħroġ b’mod uffiċjali fis-sigħat li ġejjin, wara li Mihajlović kellu laqgħa mal-President tal-klabb, Silvio Berlusconi.
Minflok Mihajlović, fit-tmexxija ta’ Milan għandu jinħatar l-eksplejer ta’ Lazio Cristian Brocchi, li kien jokkupa l-irwol ta’ kowċ fl-akkademja ta’ Milan.
Sors: Gianluca di Marzio





