Il-kowċ ta’ AC Milan Cristian Brocchi kellu l-intenzjoni li jirriżenja wara t-telfa ta’ 3-1 kontra AS Roma, nhar is-Sibt li għadda.
Fl-aħħar sigħat kien żvelat kif Brocchi kkritika bla ħniena lill-plejers tiegħu, li akkużahom li tilfu d-dinjità, ma rreaġixxewx, taw passiġġata lil Roma u ppermettew li jaqgħu għar-ridikolu.
Għalkemm qed jidher dejjem iżjed b’mod ovvju li l-finali tal-Coppa Italia se tkun l-aħħar logħba għal Brocchi, issa jirriżulta li l-kowċ ta’ Milan kien qed jikkunsidra li jtemm ħesrem l-esperjenza qasira u diżappuntanti tiegħu fit-tmexxija tal-iskwadra ewlenija ta’ Milan.
Sors: Corriere dello Sport