Il-klabb Ingliż West Ham jinsab interessat serjament li jakkwista lil midfielder Arġentin ta’ Juventus, Roberto Pereyra.

Dan wara li l-Arġentin tilef post regolari ma’ Juventus. Jidher li Pereyra jixtieq ikun iktar involut fl-azzjoni u jixtieq jilgħab iktar minuti.

West Ham is-sajf li għadda akkwistaw ukoll lid-difensur Taljan Angelo Ogbonna.

Sors: Fichajes