Sess, gideb, tradimenti, u ġlied. Le, mhix id-deskrizzjoni ta’ soap opera Amerikana popolari! Kliem marbut mal-Premier u man-nazzjonal Ingliż.

It-tabloids Ingliżi jallegaw relazzjoni barra ż-żwieġ bejn John Terry u l-għarusa ta’ Wayne Bridge. Vanessa Perroncel tiċħad kollox, imma kollu għalxejn. Kollu vera! Issemmiet ukoll tqala mitmuma qabel iż-żmien permezz t’abort.

Perroncel u Bridge ma kinux għadhom joħorġu flimkien fiż-żmien li nqala’ l-iskandlu, imma l-istorja bejn Terry u t-tfajla tal-eks tad-difensur ta’ Manchester City seħħet meta kienu għadhom flimkien.

Il-futbol Ingliż jitheżżeż. Fabio Capello jispiċċa b’tim maqsum: min fuq naħa u min fuq oħra. L-FA Ingliża tiddeċiedi li tagħmel laqgħa nhar il-5 ta’ Frar bejn Don Fabio u John Terry. Wara biss 12-il minuta joħroġ il-verdett tal-kowċ eks Juventus:

Terry jitħalla fl-iskwadra u anke ħa jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja, imma mhux se jibqa’ l-captain. Minflok, il-faxxa tgħaddi għand Rio Ferdinand, difensur ta’ Manchester United.

Bridge, diżappuntat b’din id-deċiżjoni, jirtira mill-futbol nazzjonali u jsir magħruf mad-dinja kollha minħabba dan il-ġest.

X’ġara iżjed bħal din il-ġimgħa:

Nhar is-6 ta’ Frar 1999 Ole Gunnar Solskjær jidħol minn fuq il-bank tas-sostituti u jsir l-EWWEL plejer li jiskurja 4 gowls fl-istess logħba bħala sostitut. Ir-rebħa tar-Red Devils ta’ 1-8 kontra Nottingham Forest, ġewwa dar il-Forest, hija l-akbar rebħa away li qatt ġrat fil-Premier.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280