Il-President ta’ US Palermo Maurizio Zamparini keċċa lill-kowċ Roberto De Zerbi wara t-telfa kontra Spezia fil-Coppa Italia. Il-logħba ntemmet 0-0, bl-iskwadra tas-Serie A eliminata bil-penalties.
Fi kliem il-President Zamparini, “De Zerbi ried li jitkeċċa. Kienet logħba kerha, bi skwadra kerha. Lejlet il-logħba wissejtu li l-logħba tal-lum kienet waħda delikata psikoloġikament u allura ridt li jilgħab l-aqwa plejers. Minflok lagħab ir-riservi.”
Fl-2016, Zamparini keċċa lil Fabio Viviani, Giovanni Tedesco, Giovanni Bosi, Giuseppe Iachini, Walter Novellino, Davide Ballardini u issa lil Roberto De Zerbi.
Zamparini ħa t-tmexxija tal-klabb fl-2002 u minn dakinhar, f’14-il sena Palermo kellhom 37 kowċ.
Sors: Gianluca Di Marzio






