It-tim Spanjol ta’ Valencia mistenni jħallas is-somma ta’ 16-il miljun ewro lit-tim ta’ Juventus wara li Zaza lbieraħ kien involut fid-draw ta’ 1-1 li Valencia kellhom kontra Sporting Gijon.
Fl-ewwel għaxar logħbiet tiegħu ma’ Valencia, l-attakkant Taljan skurja 10 gowls. Juventus mistennija jmorru tajjeb b’dan il-ftehim wara li kellhom l-istess ftehim ma’ West Ham però t-tim Ingliż waqqaf il-ftehim wara sitt xhur biss biex jevitaw li jħallsu lil Juventus.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






