L-attakkant Kroat ta’ 22 sena Marko Livaja u d-difensur ta’ 26 sena Vincent Laurini se jitilfu l-logħba bejn Juventus u Empoli, li tintlagħab nhar is-Sibt li ġej.
Livaja, misluf lil Empoli minn Rubin Kazan, fl-aħħar jiem kien operat għal appendiċite u għadu qed jirkupra. Min-naħa l-oħra d-difensur Italo-Franċiż għadu jitħarreġ waħdu.
Nieqsa mill-aħħar sessjoni ta’ taħriġ ta’ Empoli hemm ukoll Mario Rui, Riccardo Saponara u Lorenzo Tonelli, li aktarx jilħqu jirkupraw.
Sors: PianetaEmpoli