Għaxar snin ilu Juventus bdew era ġdida ġewwa l-Italja: il-ftuħ tal-Juventus Stadium ġewwa Turin. Kien proġett futuristiku għall-pajjiż Taljan peress li kien ukoll l-ewwel stejdjum ta’ propjetà privata ta’ klabb tal-futbol fl-Italja. Il-proġett kbir li rnexxielu jagħmel il-klabb Juventin bejn l-2007 u l-2011 kien xi ħaġa li ħadd qatt ma stenna. Inħolqot kultura ġdida u ħafna klabbs minn hemm ‘il quddiem bdew jaħdmu biex jagħmlu l-istess.

Fil-Juventus Stadium; fl- Allianz Stadium mill-2017 ‘il quddiem; Juventus iċċelebraw ir-rebħ tal-iscudetto għal disa’ darbiet. Matul is-snin Juventus ħadmu fuq l-istruttura u llum-il ġurnata huwa ħafna iktar minn sempliċi grawnd tal-futbol għax ġewwa fih u fil-viċinanzi tiegħu hemm klinika, mużew, ċentru tax-xiri, lukanda u l-faċilitajiet fejn jitħarrġu ta’ kuljum il-plejers tal-ewwel skwadra, il-Continassa.

Biex tiċċelebra dan id-deċenju, Juventus iddeċidew li jirranġaw u jbiddlu xi żoni ġewwa l-istedjum. Ix-xogħlijiet bdew fil-bidu ta’ Ġunju li għadda u se jitlestew sal-bidu tal-kampjonat li jmiss li jibda fit-22 t’Awwissu li ġej. L-ewwel xogħol kien il-bidla tal-ħaxix u s-sistema tal-pajpijiet tal-heaters ta’ taħt il-ħamrija, biex b’hekk l-art li jintlagħbu fuqha ammont kbir ta’ logħbiet kull staġun, terġa’ tiġi perfetta għall-plejers. Ser ikun hemm aktar arranġamenti fl-istands b’mod speċjali fil-VIP boxes. Fl-istaġun li jmiss minbarra l-logħbiet ta’ Juventus, l-istejdjum ser jospita żewġ avvenimenti ewlenin tal-UEFA: il-finali taċ-Champions League tan-nisa u s-semifinali u l-finali għat-tielet post fil-UEFA Nations League.

Għalkemm il-Lega Serie A ddeċidiet li għar-ritorn tal-istaġun li jmiss tibda ddaħħal  l-ispettaturi fl-istejdjums b’kapaċità ta’ 25%  kull stejdjum għall-ewwel logħbiet tal-kampjonat, il-Juventus ħadu d-deċizjoni li għal tul l-istaġun kollu mhux ser jinbiegħu biljetti staġjonali iżda ser jinbiegħu biljetti singulari għal kull logħba.

Nistennew l-istaġun jerġa’ jibda u nerġgħu nibdew ingawdu l-logħob tat-tim l-aktar għal qalbna.

Ten years ago…the Juventus Stadium

Ten years ago, Juventus started a new era in Italy: the inauguration of the Juventus Stadium in Turinz. It was a futuristic project for a country like Italy as it was the first stadium owned by a private property of an Italian football club. This huge project that the Juventus club succeeded to do between the years 2007 and 2011 was a feat no one was expecting. A new culture was introduced and many clubs from thereon started working to follow suit.

In the Juventus Stadium; Allianz Stadium as from 2017 onwards; Juventus celebrated the winning of the scudetto for nine consecutive times. Throughout the years Juventus worked on the structure so that nowadays it is more than a simple football ground as in it or its whereabouts one can find a clinic, museum, shopping mall, hotel and training facilities where the first team players train every day, the Continassa.

To celebrate this decade, Juventus decided to fix and change some areas inside the stadium. Works have started since last June and will be finished by the start of the league which will happen on the 22nd August. The first thing to redo was the grass and the piping heating system underneath the soil so that the land on which many games of the season will be played will be as perfect as possible for the players. There will be more things that will be arrangements in the stands, especially the VIP boxes. Besides Juventus’ matches, the stadium will be hosting two main UEFA events: the Women Champions League final and the semi-final and third place final of the UEFA Nations League.

Although the Lega Serie A decided that on the return of the new season football fans will be allowed to enter the stadium at 25% capacity during the first few games of the league, Juventus decided to forbid the sale of seasonal tickets for the whole season, allowing only single tickets to be sold for each game.

We will have to wait for the next season to start to enjoy the matches of our beloved team.