Għaliex għandek tissieħeb membru mal-JCMCB?

Sal-lum wieħed jista’ jħallas il-miżata annwali, bi prezz li jvarja skont l-età tal-individwu, biex b’hekk ikun eleġibbli għal diversi skontijiet, ikun jista’ jakkwista biljetti għal-logħob ta’ Juventus u jidħol b’xejn waqt il-logħob murija b’mod dirett fil-klabb.

Iżda l-Kumitat ħass li dan mhux biżżejjed u għalhekk introduċa dan li ġej:

  • Tesserament mal-klabb issa hu validu għal tnax-il xahar u mhux iżjed sa tmiem l-istaġun. B’dan il-mod qed nevitaw li jkollna membri li jħallsu t-tesserament tagħhom għal żmien qasir. B’hekk kulħadd se jkun qiegħed jieħu l-istess valur għall-flus li jkun ħallas.
  • Ikomplu d-diskussjoni ma’ diversi kumpaniji biex meta persuna tissieħeb tesserata mal-klabb jingħata lura roħs fuq prodotti u servizzi varji (discounts) li bħala tesserat ikun eleġibbli għalihom. Tista’ tara l-lista ta’ skontijiet li japplikaw billi tagħfas hawn.
  • Qed isiru wkoll diskussjonijiet sabiex jinkisbu diversi vouchers bil-ħsieb li jibdew jittellgħu f’lotterija onlajn darba fix-xahar. Din il-lotterija ser tkun esklussiva għall-membri, se tkun b’xejn u mingħajr il-bżonn li persuna tixtri biljett.
  • Minn dan l-istaġun ukoll se tibda tingħata l-ewwel prijorità lill-membri f’każ li l-Kumitat ikun ser jorganizza xi attività jew jilqa’ f’pajjiżna lil xi personalità mil-kamp Juventin. Fil-preżent kull attività simili dejjem kienet miftuħa b’mod immedjat għal kulħadd sakemm jintlaħaq il-limitu.

Kull min jissieħeb membru se jieħu immedjatament it-tessera tal-klabb, li tiġi pprintjata u tinġabar dak il-ħin setess fil-klabb, kif ukoll dawn il-benefiċċji. Fil-bidu ta’ kull staġun il-klabb se jibqa’ joħroġ tessera u rigal ġodda, bil-membri jirċevuhom meta jġeddu t-tessera matul is-sena.

Tixtieq tissieħeb membru? Agħfas hawn.

Juventus Official Fan Club 2021-2022

July 14th, 2021|0 Comments

Bħal ma ħafna jafu, fil-gimgħat li għaddew il-klabb tagħna ħareġ offerti vantaggjużi għal min jagħmel is-sħubija tiegħu ma l-istess klabb, offerti li ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-membri tal-klabb. Fl-aħħar siegħat fetħet ukoll uffiċjalment il-kampanja ta` tesserament […]

Għala jaqbillek tkun membru DOC?

April 30th, 2016|2 Comments

Kif kulħadd jaf, din is-sena Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ġie uffiċjalment rikonoxxut bħala l-akbar klabb Juventin barra mill-Italja: it-13 l-akbar klabb overall minn lista ta’ aktar minn 460 klabb, kif ukoll l-akbar klabb […]

dical-banner-1200×280