Ma kinitx xi ħaġa kumbinazzjoni li Atalanta jkollhom logħba tajba ma’ Juventus, dan anke minħabba l-fatt li dis-sena qed ikollhom staġun tajjeb ħafna. Fil-fatt qegħdin jiġġieldu biex jilagħbu fl-Ewropa League, xi ħaga li fl-opinjoni tiegħi tkun mistħoqqa, anke hekk kif jinsabu ftit ’il bogħod minn Lazio u Napoli, u fuq Fiorentina u l-kuġini ta’ Milan.
Madankollu, xogħol Gasperini ma jistax jintnesa. Ma’ dan il-kowċ qed naraw żvilupp kbir f’ħafna plejers żgħażagħ ta’ Atalanta. Fosthom hemm Conti, Caldara, Kessie, Toloi, Spinazzola u Petagna. Però ma nistgħux ma nsemmux d-differenza fl-abbiltà tal-Papu Gomez, li dejjem qed jibbrilla ma’ Atalanta.
Taħsbu li Atalanta jgħaddu għall-Ewropa jew ħa jitilfu posthom taħt idejn Fiorentina jew taħt idejn il-kuġini ta’ Milan.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






