Fuq is-sit Tuttosport kien żvelat kif hemm ċans kbir li jkun l-away kit ta’ Juventus għall-istaġun li ġej.
Il-flokk se jkun isfar iżda se jkollu l-arma l-ġdida, l-isponsors u faxxa fit-tarf taż-żewġ komom bil-kulur blu. Is-shorts se jkun totalment blu iżda bl-arma safra filwaqt li l-kalzetti se jkunu sofor u bl-arma blu.
Skont l-istess sit, nhar is-Sibt l-1 ta’ Lulju hemm ċans li jkun imħabbar uffiċjalment l-away kit iżda jidher li se jkun kif inhu spjegat fir-ritratt u f’dan l-artiklu.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com