L-attakkant promettenti Patrik Schick, li kellu jkun l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus, instab li għandu problema f’qalbu.
Jirriżulta li din hi r-raġuni għala l-plejer għadda minn testijiet mediċi metikolużi u fit-tul, u kellu jerġa’ jagħmel it-tieni sett ta’ testijiet mediċi fl-aħħar jiem. It-testijiet ikkonfermaw din il-problema f’qalb Schick.
Jingħad li l-problema mhix waħda serja, iżda l-plejer għandu bżonn xi jiem ta’ mistrieħ biex jirkupra minnha. Dan ifisser li l-plejer se jitlef il-parti l-kbira jew saħansitra t-taħriġ kollu ta’ qabel jibda l-istaġun.
Hu għalhekk li Juventus qed jaħdmu biex ibiddlu l-offerta. Minn waħda ta’ €30 miljun li jitħallsu fuq numru ta’ snin, għal staġun b’self qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk il-plejer jistax jilgħab. Ma’ din l-offerta jiżdied obbligu li t-trasferiment isir permanenti jekk Schick jilgħab numru ta’ logħobiet matul l-istaġun.
Sors: Premium Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






