La Gazzetta dello Sport ħabbret iċ-ċifri li jitħallsu l-plejers mill-klabbs rispettivi tagħhom.
Miċ-ċifri jirriżulta li l-iktar żewġ plejers imħallsa fis-Serie A huma Gonzalo Higuaín u Leonardo Bonucci. Dawn iż-żewġ plejers għandhom paga ta’ €7.5 miljuni fis-sena.
Fil-postijiet ta’ wara nsibu żewġ plejers oħra Juventini, lil Paulo Dybala li jaqla’ €7 miljuni u lil Douglas Costa li jaqla’ total ta’ €6 miljuni fis-sena fejn miegħu hemm ukoll Gianluigi Donnarumma li jaqla’ l-istess paga tal-Brażiljan.
Din il-gazzetta żvelat ukoll il-pagi tal-kowċis fejn Massmiliano Allegri huwa l-iktar kowċ imhallas b’€7 miljuni fis-sena.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com