Is-sindku ta’ Turin flimkien mal-awtorijiet qablu flimkien li se jkunu qed isemmu pjazzetta ġewwa din il-Belt għall-vittmi kollha li mietu fit-traġedja ta’ Heysel.
Din it-traġedja kienet seħħet qabel il-finali tat-tazza tal-Ewropa ġewwa Brussell bejn Juventus u Liverpool fejn kienu mietu 39 persuna li 32 minnhom kienu Taljani.
Din il-pjazzetta se jkollha l-isem ta’ ‘Piazzetta Vittime dell’Heysel’ u se tkun bejn Lungo Dora Agrigento u t-triq Del Fortino.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com