Illum d-data qed timmarka t-8 ta’ Settembru, data li hija ttimbrata f’moħħ ta’ kull partitarju ta’ Juventus madwar id-dinja.

Propju f’din id-data fis-sena 2011 kellna l-inawgurazzjoni tad-dar il-ġdida Juventina, il-Juventus Stadium.

Minn dakinhar ‘il quddiem rajna sitt snin ta’ suċċessi, sitt snin ta’ ferħ, biki u diversi emozzjonijiet oħra. Diversi partitarji Juventini jammettu li għalihom din id-dar hija t-tieni dar tagħhom.

F’dan il-filmat tistgħu terġgħu ġġeddu l-memorji ta’ sitt snin ilu billi ssegwu l-inawgurazzjoni kollha tal-ftuħ ta’ dan il-grawnd.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com