Fil-Premier League Ingliż ittieħdet id-deċiżjoni li mis-suq tat-trasferimenti tas-Sajf 2018/19, dan is-suq se jkun qed jagħlaq fl-ewwel Ħamis ta’ qabel l-ewwel partita tal-Kampjonat.
Wara din id-deċiżjoni, Beppe Marotta kellu kliem ta’ tifħir ghal dan il-ftehim fejn ammetta li ilu ħafna jistenna din id-deċiżjoni biex iseħħ.
“Din l-aħbar ili nistenniha żmien twil għaliex naqbel magħha perfettament. Meta jkollok is-suq ta’ trasferimenti jdum għal żmien twil ma jagħmilx ġid għaliex jekk fil-bidu tal-kampjonat ikollok pjan, jista’ jitħassar sal-aħħar t’Awwissu. Issa wasal il-mument li l-Lega Serie A tindirizza lill-FIGC għaliex apparti aħna, l-maġġoranza tal-klabbs jaqblu ma’ din id-deċiżjoni.”
Sors: Sky Sport Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com