Il-grawnd ta’ Juventus kien miftuħ sitt snin ilu u l-istatistika qed turi li dan il-grawnd kien strumentali biex il-klabb Juventin jagħmel aktar qligħ.

F’dan il-grawnd Juventus lagħbu 158 partita fejn rebħu 126 minnhom, ġew draw 27 darba u tilfu biss 5 darbiet. Dawn in-numri juru biċ-ċar li dan il-grawnd huwa l-fortizza ta’ Juventus. Matul dawn l-aħħar sitt snin il-persentaġġ ta’ kemm kien mimli l-grawnd huwa ta’ 92% u l-ammont ta’ biljetti mibjugħa kien ta’ 5,986,695.

Din l-istatistika turi wkoll li fl-aħħar 5 snin, il-qligħ mill-Juventus Stadium kien ta’ €41 miljun. Minkejja li din hija aħbar tajba, Juventus għadhom ħafna ’l bogħod minn klabbs bħal Real Madrid, Manchester United, Arsenal u Barcelona fejn il-qligħ ta’ dawn ikun ta’ bejn €119 u €127 miljun.

Sors: Calcio e Finanza

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com