Fit-83 minuta tal-partita bejn Juventus u Chievo, l-attakkant Mario Mandžukić kellu jiġi mibdul wara li jidher li qala’ daqqa bejn l-irkoppa u l-pexxul, daqqa li biha l-Kroat ma setax ikompli jilgħab.

Wara li ġie mibdul, Mandžukić beda jxengel rasu u din il-mossa ma tantx niżlet tajjeb mal-partitarji Juventini għaliex f’moħħhom diġà kien hemm il-partita ta’ nhar it-Tlieta kontra Barcelona. Rapporti fl-Italja qed isostnu li Mandžukić m’għandu xejn gravi u hemm ċans kbir li jagħmilha għall-partita fil-Camp Nou.

Massimiliano Allegri se jkollu jgħaddi mingħajr Giorgio Chiellini, Claudio Marchisio u Sami Khedira u żgur li tkun telfa oħra f’każ li Mario Mandžukić ma jirkuprax.

Sors: Mediaset Premium

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com