Id-difensur internazzjonali Marokkin Medhi Benatia tkellem rigward it-tluq ta’ Leonardo Bonucci minn ma’ Juventus fejn Benatia sostna li huwa vera li Bonucci rebaħ diversi suċċessi ma’ Juventus iżda d-difensuri sħabu kienu strumentali wkoll.
“Ma nemminx li t-tluq ta’ Bonucci qed jaffettwa fil-gowls li sofrejna s’issa f’dan l-istaġun. Ir-rispett lejn Leonardo qatt ma naqas għaliex huwa plejer mill-aqwa iżda rridu nammettu li ma’ Juventus spikka bl-għajnuna ta’ Buffon, Barzagli u Chiellini.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com