Il-goalkeeper ta’ Juventus Gianluigi Buffon tkellem dwar id-disfatta ta’ Juventus ġewwa l-Camp Nou fejn fl-opinjoni tiegħu r-riżultat ta’ 3-0 kien kiefer ma’ Juventus speċjalment wara li fl-ewwel taqsima l-Bianconeri kienu tajjeb ħafna.
“Illum flimkien mal-kowċ erġajna rajna l-aħjar azzjonijiet tal-partita fejn tkellimna wkoll fuq it-tattika tal-logħba u fl-aħħar kollha kellna l-istess opinjoni, li ma kienx ħaqqna nitilfu b’dak l-iskor. Fl-opinjoni tiegħi l-iskor ta’ 3-0 kien kiefer wisq magħna speċjalment b’dak li pproduċejna fl-ewwel taqsima.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com