Wara d-debutt tiegħu fiċ-Champions League, Rodrigo Bentancur kien diżappuntat bir-riżultat finali iżda esprima s-sodisfazzjon tiegħu għad-debutt f’din il-kompetizzjoni u kien kuntent ukoll għall-prestazzjoni tiegħu.
“Huwa diżappunt kbir li ħriġna b’dan ir-riżultat għaliex għamilna dak kollu li stajna iżda ma kienx biżżejjed. Fuq nota personali ninsab kuntent ħafna bil-prestazzjoni tiegħi u għal dak li ghamilt. Din il-kompetizzjoni hija differenti mill-Copa Libertadores għaliex għandha ritmu aktar mgħaġġel u aktar teknika.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com