L-eks plejer ta’ Juventus Fabrizio Ravanelli tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-attakkant Gonzalo Higuaín.
Huwa tenna li Higuaín għandu bżonn ikun aktar trankwill però semma wkoll id-daqqa ta’ ħarta li sofra wara li ġie eskluż mill-iskwadra tat-tim nazzjonali Arġentin.
“Id-diffikultà tal-plejer hija iktar fuq livell mentali milli fiżiku. Fl-opinjoni tiegħi l-esklużjoni tiegħu mill-iskwadra nazzjonali tal-Arġentina weġġgħetu ħafna. Preżentement nemmen li ħaqqu ftit mistrieħ, imur vaganza u jerġa’ jiġi lura għaliex jidher frustat ħafna u jinsab barra mil-logħba.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com