Fuq is-sit uffiċjali tagħhom, Juventus ħabbru ċ-ċifri uffiċjali tal-istaġun li għadda fejn dawn in-numri juru sinjali pożittivi ħafna tal-ħidma bil-għaqal tad-diriġenti Juventini.

Iċ-ċifra tad-dħul għall-istaġun 2016/17 kienet ta’ €562.7 miljun u l-ammont ta’ profitt li għamel il-klabb fl-aħħar tal-istaġun kien ta’ €42.6 miljun. Permezz ta’ dawn iċ-ċifri nistgħu naraw li kien hemm żieda ta’ kważi €200 miljun fid-dħul u żieda ta’ kważi €40 miljun fil-profitt finali. Fl-istaġun 2015/16 Juventus għamlu dħul ta’ €387.9 miljuni u l-profitt finali kien ta’ €4.1 miljuni.

Fi stqarrija Juventus esprimew is-sodisfazzjon tagħhom rigward dawn iċ-ċifri fejn sostnew li fl-aħħar staġun il-klabb kompla jaħdem bil-għaqal biex ikabbar id-dħul finanzjarju tiegħu.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com