Il-kowċ Juventin Massimiliano Allegri spjega d-deċiżjoni tiegħu li jħalli lil Gonzalo Higuaín fuq il-bank u jibda b’Mario Mandžukić bħala l-attakkant ewlieni kontra Torino.

“Higuaín ma bediex il-partita għaliex ġejjin diversi logħob f’daqqa u ħassejt li kien ħaqqu ftit mistrieħ. Huwa plejer importanti ħafna għalina u minkejja li bħalissa mhux qed jaslu l-gowls, ix-xogħol li jagħmel għat-tim huwa imprezzabbli.”

Fl-aħħar nett, Allegri rringrazzja lil Mario Mandžukić għall-prestazzjoni tiegħu fl-irwol ta’ attakkant prinċipali.

Sors: Mediaset Premium

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com