L-awtur tat-tieni goal kontra Torino, Miralem Pjanić kellu kliem ta’ tifħir lejn il-plejers sħabu għall-prestazzjoni mill-aqwa f’din il-partita. Huwa tenna wkoll li Juventus qatt ma kienu taħt pressjoni mill-avversarji.
“Kienet prestazzjoni tajba ħafna għaliex ipproduċejna kemm kwantità kif ukoll kwalità. Normalment Torino joħolqu problemi lill-avversarji tagħhom però llejla aħna qatt ma konna taħt pressjoni.”
Pjanić kompla billi awgura li t-tim ikompli jibni fuq din il-prestazzjoni fil-logħbiet li ġejjin.
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com