Ftit tal-ħin ilu ħarġet is-sentenza fil-konfront ta’ Andrea Agnelli.

Il-President ta’ Juventus weħel sena sospensjoni filwaqt li l-klabb weħel multa bl-ammont ikun ta’ €300,000.

Il-każ hu dwar investigazzjoni li kellha l-għan li tiċċara r-relazzjoni bejn Juventus, uffiċjali għolja tal-klabb u ultras li kienu jinkoraġġixxu l-bejgħ tal-biljetti bi qligħ u b’infiltrazzjoni tal-Mafja.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com