Is-sit uffiċjali ta’ Juventus għadu kemm ħabbar li Netflix u Juventus qed jaħdmu flimkien sabiex ikun hemm serje dokumentarju fuq it-tim minn Turin.
Bil-proġett li jibda fl-2018, il-klabb ta’ Turin isir l-ewwel klabb li jkollu dokumentarju ta’ dan it-tip fuq Netflix.
Id-dokumentarju jinqasam fuq erba’ episodju ta’ siegħa kull wieħed fuq din il-pjattaforma li tgħodd 104 miljun abbonat mifruxa f’190 pajjiż madwar id-dinja.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com