Fl-Italja, diversi sezzjonijiet tal-midja qed jirrappurtaw li dan se jkun l-aħħar staġun għal Massimiliano Allegri ma’ Juventus u bdew joħorġu l-ewwel ismijiet.
Il Tempo llum iddikjara li l-kowċ attwali ta’ Lazio, Simone Inzaghi, hu l-preferut ta’ Beppe Marotta, id-Direttur Ġenerali tal-klabb.
B’Lazio li ma jridux jitilfu lill-kowċ tagħhom, wieħed irid jara xi tkun ir-reazzjoni tal-eks attakkant tal-Italja quddiem offerta miċ-champions Taljani.
Sors: Il Tempo
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com