Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ta aġġornament uffiċjali dwar id-diversi plejers li ma kinux disponibbli fl-aħħar jiem.
Mandžukić: “Issemmulux li jinsab ħażin, jew li qala’ xi daqqa waqt il-logħob, għax jirrabja. Irritorna u jinsab tajjeb. Tħarreġ u jinsab tajjeb biex jilgħab.”
Pjanić: “Lil Pjanić ma rridx nirriskjah. Jirritorna lura nhar l-Erbgħa u jkun disponibbli.”
Khedira: “Għada Sami Khedira se jkun disponibbli.”
Höwedes u De Sciglio: “Għad fadal xi żmien biex jirritornaw lura. L-istess għal Marco Pjaca li reġa’ beda jitħarreġ riċentament.”
Marchisio: “Wara l-injury tiegħu, Claudio għadu qed jagħmel parti mit-taħriġ mal-kumplament tal-iskwadra, waqt li qed jitħarreġ ukoll waħdu.”
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com