Sal-2022, Juventus iridu jkunu qed jiġġeneraw dħul ta’ madwar €700 miljun, jiġifieri d-doppju ta’ dak irreġistrat attwalment.

Iddikjara dan il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli, waqt Assemblea għall-azzjonisti li matulha tħabbar li fl-2016/17 il-klabb irreġistra żieda ta’ 20% fid-dħul tiegħu fuq iċ-ċifri tal-istaġun preċedenti.

Biex jintlaħaq dan l-objettiv, Agnelli ddikjara li s-soċjetà trid tkompli tespandi l-marka (brand) lil hinn mill-Italja, jiżdied il-merchandising li hu f’idejn is-soċjetà, żieda fil-prodotti bil-logo ġdid u tkomplija tas-suċċessi fil-grawnd.

Madankollu, Andrea Agnelli wissa wkoll li anke jekk jintlaħqu dawn l-objettivi, jaf ma jkunx biżżejjed biex Juventus iġibu fix-xejn id-differenza bejnhom u klabbs oħra ewlenin fl-Ewropa.

Sors: Tuttomercatoweb

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280