L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín kellu dedika mhux tas-soltu wara d-doppjetta tiegħu kontra Milan.

Wara li għaqqad il-mitt gowl u wieħed, u mistoqsi mill-ġurnalist ta’ Premium Sport, Gonzalo Higuaín wieġeb hekk: “Niddedika l-gowls tiegħi lil dawk il-partitarji li dejjem baqgħu warajja, mhux lil dawk li ssibhom biss fil-mument it-tajjeb.”

Gonzalo Higuaín ilu għall-aħħar ġimgħat jiġi kkritikat għaliex deher nieqes mill-ħeffa u mill-gowls fil-bidu ta’ dan l-istaġun.

Sors: Premium Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280