Il-plejer ta’ Juventus Stefano Sturaro jista’ jilgħab bħala goalkeeper.

Iddikjara dan il-kowċ ta’ Juventus stess, Massimiliano Allegri, hekk kif kien akkumpanjat mil-leġġenda Gianluigi Buffon waqt il-konferenza tal-aħbarijiet qabel il-logħba kontra Sporting.

Hu għadda din il-battuta wara li ġurnalist staqsieh kif plejer bħal Mario Mandžukić jilgħab dejjem mentri plejers oħra jinbidlu biex jistrieħu.

Allegri wieġeb li “Mandžukić jista’ jilgħab fi kwalunkwe rwol, barra dak ta’ goalkeeper. Jekk hemm plejer ta’ manuvra li jista’ jilgħab bħala goalkeeper, dan huwa Stefano Sturaro, iddikjara Allegri.”

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280