L-attakkant ta’ Juventus Gonzalo Higuaín laħaq rekord personali ieħor.
Dan hekk kif Higuaín hu l-iktar plejer veloċi minn fost dawk li skurjaw mitt gowl fis-Serie A hekk kif laħaq dan it-tragward wara 153 logħba.
Fit-tieni post hemm leġġenda oħra ta’ Juventus, David Trezeguet, li l-mitt gowl skurjah wara 155 partita. Eks Juventini oħra fit-top 10 hemm ukoll Filippo Inzaghi (fis-sitt post, b’mitt gowl wara 194 logħba), Zlatan Ibrahimović (fis-7 post b’mitt gowl wara 196 logħba), Luca Toni (fid-9 post li skurja daqstant gowls wara 210 logħbiet) u Marco Di Vaio (fl-10 post b’mitt gowl wara 233 logħba).
Il-lista kompluta:
1) Gonzalo Higuaín, 100 gowl f’153 partita;
2) David Trezeguet, 100 gowl f’155 partita;
3) Andriy Shevchenko, 100 gowl f’162 partita;
4) Hernan Crespo, 100 gowl f’168 partita;
5) Vincenzo Montella, 100 gowl f’170 partita;
6) Filippo Inzaghi, 100 gowl f’194 partita;
7) Zlatan Ibrahimović, 100 gowl f’196 partita;
8) Edinson Cavani, 100 gowl f’197 partit;
9) Luca Toni, 100 gowl f’210 partita;
10) Marco Di Vaio, 100 gowl f’233 partita.
Sors: UEFA
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com