Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri laħaq ir-rekord personali tiegħu ma’ Juventus wara l-logħba kontra Benevento.

Dan hekk kif Juventus jinsabu fit-tieni post b’31 punt wara 12-il ġurnata, jiġifieri l-istess ammont ta’ punti li kien akkwista fl-istess perjodu fl-2014/15. Dakinhar, fl-istaġun ta’ debutt tiegħu ma’ Juventus, Allegri kien qed igawdi l-ewwel post tal-klassifika.

L-istaġun ta’ wara, Juventus kienu bdew iktar bilmod bi 18-il punt fl-istess perjodu, biex fl-istaġun li għadda l-ammont ta’ punti tela’ għal 30.

Mhux hekk biss, iżda Juventus ta’ din is-sena hi l-iktar skwadra li tiskurja mindu Allegri kien fit-tmexxija tat-tim. B’35 gowl skurjat u medja ta’ kważi tliet gowls kull logħba. Il-problema hi d-difiża li qalgħet 11-il gowl fi 12-il logħba, jiġifieri rekord negattiv li bħalu kien inkiseb fl-2015/16.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280