Għaddew biss ftit sigħat mindu Andrea Pirlo ħabbar li rtira mill-futbol milgħub, iżda l-ispekulazzjoni dwar il-futur tiegħu diġà bdiet.
La Repubblica tirrapporta li l-plejer se jieħu pawża, iżda hemm offerta pendenti minn Juventus biex jirritorna mal-klabb bħala ambaxxatur. Li hu kważi żgur, dejjem skont dan il-ġurnal, hu li l-plejer se jirritorna fl-Italja.
Jekk Pirlo jaċċetta l-offerta ta’ Juventus, fost l-oħrajn hu jkun parti mill-Juventus Legends u jilgħab ukoll f’logħob ta’ ħbiberija organizzati mill-istess skwadra. Madankollu hemm ukoll offerta mill-FIGC biex jakkumpanja lit-tim nazzjonali Taljan fit-Tazza tad-Dinja.
Sors: La Repubblica
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com