Wara r-rebħa diffiċli kontra Benevento, Massimiliano Allegri tela’ fuq il-podju fil-lista tal-iktar coaches rebbieħa fl-istorja ta’ Juventus.

S’issa, Massimiliano Allegri rebaħ 128 logħba minn 183 logħba. Dan ipoġġih wara Giovanni Trapattoni, li rebaħ 319 logħba minn 596 u Marcello Lippi, li rebaħ 227 logħba minn 405.

Madankollu Allegri jitla’ fl-ewwel post jekk wieħed iqis il-persentaġġ ta’ rebħ matul il-karriera tiegħu ma’ Juventus. Filfatt hu rebaħ 69,6% tal-logħob li matulhom kien fit-tmexxija tal-iskwadra.

Il-lista ta’ coaches ta’ Juventus skont l-ammont ta’ rebħ:

1) Giovanni Trapattoni, 319 rebħa minn 596 logħba;
2) Marcello Lippi, 227 rebħa minn 405 logħba;
3) Massimiliano Allegri, 128 rebħa minn 183 logħba;
4) Carlo Parola, 127 rebħa minn 218 logħba;
5) Carlo Carcano, 111 rebħa minn 161 logħba;
6) Antonio Conte, 102 rebħa minn 151 logħba;
7) Heriberto Herrera, 100 rebħa minn 215 logħba;
8) Čestmír Vycpálek, 80 rebħa minn 159 logħba;
9) Virginio Rosetta, 80 rebħa minn 172 logħba;
10) Fabio Capello, 68 rebħa minn 105 logħba.

Il-lista ta’ coaches ta’ Juventus skont il-persentaġġ ta’ rebħ:

1) Massimiliano Allegri, 69,9%
2) Carlo Carcano, 68,9%
3) Antonio Conte, 67,5%
4) Fabio Capello, 64,7%
5) Carlo Parola, 58,2%
6) Marcello Lippi, 56%
7) Giovanni Trapattoni, 53,5%
8) Čestmír Vycpálek, 50,3%
9) Heriberto Herrera, 46,5%
9) Virginio Rosetta, 46,5%

Sors: UEFA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280