Hekk kif fl-Italja qed tkun diskussa r-riforma tad-drittijiet televiżivi, Juventus mistennija jieħdu daqqa ta’ ħarta ekonomika.
Dan hekk kif l-ewwel kalkoli juru li Juventus se jaraw tnaqqis mill-€107 miljun li jirċievu fil-preżent għal €66 miljun. Tnaqqis għall-klabbs l-oħra bħal Milan, Inter, Roma, Napoli u Lazio li madankollu se jitilfu biss madwar €10 miljun.
Se jmorru tajjeb il-klabbs medji bħal Torino, Genoa, Sampdoria u Atalanta, li se jaraw żieda ta’ bejn €5 miljun u €7 miljun kif ukoll il-klabbs iż-żgħar li se jgawdu minn żieda ta’ €5 miljun.
Impatt negattiv anke miċ-Champions League, bid-drittijiet televiżivi li se jinqasmu bejn erba’ klabbs u allura Juventus mistennija jinżlu mill-€100 miljun tas-sena li għaddiet għal €60 miljun.
Biex wieħed jifhem kemm dan it-telf ifisser għal Juventus, bil-flus mitlufa Juventus kienu jħallsu l-ispejjeż ta’ Paulo Dybala u Federico Bernardeschi għal sena, kif ukoll jakkwistaw lil Miralem Pjanić u Douglas Costa.
Sors: Juventibus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com