Fil-preżent għaddejja ħidma biex Juventus ikollhom serje fuq Netflix. Fid-dawl ta’ dan, La Gazzetta dello Sport tkellmet ma’ Erik Barmack, Viċi President tal-grupp Netflix, li kellu kliem ta’ tifħir dwar Juventus.

“Jinteressana l-potenzjal globali ta’ Juventus, b’partitarji u plejers tajbin minn madwar id-dinja. Qed niffukaw fuq il-partitarji u l-mumenti li jferrħuhom meta wieħed jirrakkonta l-isport,” iddikjara Barmack.

Mingħajr ma żvela wisq, kompla li Netflix se jkollu “aċċess uniku u esklussiv għal waħda mill-iktar skwadri importanti fid-dinja. Se tkun opportunità għalina u għall-partitarji. Se nidħlu fi klabb tant maħbub, se nsiru nafu l-istejjer individwali ta’ wħud mill-aqwa plejers fid-dinja. Meta titkellem fuq il-futbol, diffiċli taħseb f’xi ħaġa ikbar minn Juventus.”

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280