Id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus Giuseppe Marotta ngħata l-premju “Manager Sportivo dell’anno” 2017 għat-tieni sena konsekuttiva.

F’kummenti li għadda, iddikjara li “dan il-premju jixhed l-istruttura tiegħi grazzi għan-nies li għandi madwari, b’mod speċjali Fabio Paratici, f’dak li għandu x’jaqsam mal-mod kif naħdmu fis-swieq tat-trasferimenti.”

Fakkar li mindu Andrea Agnelli laħaq President, “il-ħidma fis-swieq tat-trasferimenti ta’ Juventus inbidlet u għollejna l-kwalità tant li bil-plejers li akkwistajna lħaqna livelli fost l-ogħla.”

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280