Il-midfielder tal-Ġermanja u ta’ Juventus, Sami Khedira, tkellem dwar ix-xeni ta’ qsim il-qalb b’Gianluigi Buffon jibki wara l-eliminazzjoni tal-Italja mit-Tazza tad-Dinja.
“Iddispjaċieni bl-eliminazzjoni tal-Italja. Kulħadd iħoss meta tara lil Buffon hekk, u mhux it-Taljani biss. Buffon hu sportiv kbir, leġġenda ħajja. Xtaq verament li jilgħab l-aħħar kompetizzjoni internazzjonali tiegħu. Jiddispjaċini għal sħabi Juventini. Dan kien riżultat diżastruż.”
Kompla li madankollu “Buffon m’għandux bżonn kliem sbieħ imma objettivi. Għandu bżonn biss titlu li lkoll kemm aħna rridu ngħinuh biex jirbħu: iċ-Champions League. Dik hi l-motivazzjoni tagħna lkoll.”
Sors: RMC Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com