L-eks attakkant internazzjonali u leġġenda ta’ Juventus, Alessandro Del Piero, iddikjara li l-parti l-kbira tat-tort tal-falliment tal-futbol Taljan hu l-iskandlu ta’ Calciopoli.
F’intervista lil La Gazzetta dello Sport hu ddikjara hekk: “Calciopoli kien bħal bomba atomika. Fl-2006 tkisser il-futbol Taljan u mhux nirreferi biss għal Juventus. Minn dakinhar il-plejers tajbin ħallew l-Italja fl-istess waqt li l-futbol pajjiżi oħra kompla jikber.”
Kompla li “l-futbol Ingliż kiber grazzi għall-bravura fl-immaniġġjar tal-marka tal-futbol Ingliż lil hinn mill-pajjiż kif ukoll il-mod kif għaddew id-drittijiet televiżivi. Real u Barcelona avvanzaw grazzi għall-politika soċjetarja tagħhom, il-Ġermanja lestiet il-perkors li beda minn meta ntgħażlu biex jorganizzaw it-Tazza tad-Dinja tal-2006 waqt li fi Franza waslu investituri ewlenin li ttrasformaw klabbs bħal PSG u Monaco.”
“Għall-kuntrarju l-Italja kkrollat,” iddikjara Del Piero, “għalkemm Juventus bdew iqumu mill-ġdid u Napoli qed jagħmlu passi tajbin.”
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com