Is-suċċessi li kisbu Juventus fl-istaġun li għadda kienu riflessi fl-unuri li ntrebħu mill-plejers Juventini fil-Gran Gala del Calcio.

F’dan l-avveniment l-unur prinċipali rebħu l-leġġenda Gianluigi Buffon fejn kien ivvutat bħala l-aħjar plejer tas-sena.

Fl-unuri tal-aħjar XI għall-istaġun 2016/17 insibu ħames plejers Juventini li huma Gianluigi Buffon, Alex Sandro, Miralem Pjanić, Gonzalo Higuaín u Paulo Dybala. Magħhom kien hemm ukoll Leonardo Bonucci għall-prestazzjonijiet tiegħu meta kien għadu ma’ Juventus.

L-unur tal-aħjar kowċ intrebaħ mill-kowċ ta’ Napoli, Maurizio Sarri.

Sors: Sport Mediaset

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280