Il-plejer Brażiljan Diego Ribas da Cunha, magħruf sempliċement bħala Diego, li kien issieħeb lil Juventus mingħand Werder Bremen fl-2009 għas-somma ta’ €25 miljun tkellem dwar l-esperjenza negattiva li kellu fl-Italja.

Huwa ammetta wkoll li biex ingħaqad ma’ Juventus, huwa kien irrijuta offerta tajba ħafna mingħand Bayern München.

“F’dak is-sajf irċevejt offerta tajba ħafna mingħand Bayern München li saħansitra kienet aħjar minn dik ta’ Juventus. Id-diriġenti Juventini kellmuni aktar minn darba u wrew interess qawwi u finalment aċċettajt l-offerta tagħhom. Diversi plejers Brażiljani fit-tim nazzjonali kienu tawni l-parir ukoll biex naċċetta l-offerta u nilgħab fl-Italja.”

Sors: Bild

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280