Il-mument diffiċli ta’ Paulo Dybala speċjalment fl-Ewropa kompla għaddej.

Filwaqt li ġewwa l-Greċja Juventus ħadu dak li riedu, fit-62 minuta l-istilla Arġentina Paulo Dybala kien mibdul minn Miralem Pjanić iżda din l-istess sostituzzjoni ma tantx niżlet tajjeb mal-Arġentin.

Meta kien mibdul Dybala baqa’ sejjer fir-rokna tal-bankina Juventina u baqa’ ’l bogħod minn sħabu. Minkejja li kien diżappuntat, Dybala jinsab konxju mill-mument negattiv li għaddej minnu.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280