Il-midfielder Miralem Pjanić huwa dubjuż għall-partita ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Verona.
Dan ġie kkonfermat fuq il-website tal-klabb wara li l-istess plejer kellu jieqaf mis-sessjoni ta’ taħriġ tal-Ħamis filgħodu wara problemi muskolari fil-koxxa tal-lemin tiegħu.
It-tim mediku ta’ Juventus għada se jevalwa sew is-sitwazzjoni tal-injury biex finalment il-kowċ Massimiliano Allegri jieħu l-aħħar deċiżjoni fuq il-plejer.
Sors: Juventus
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com