F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita kontra Cagliari, il-kowċ Massimiliano Allegri kkonferma li għal darb’oħra Gianluigi Buffon, Mattia De Sciglio u Juan Cuadrado ma jinsabux f’sikkithom u għalhekk se jitilfu l-partita kontra Cagliari.
“Il-problema ta’ Gigi hija fil-pexxul. Fil-partita kontra Napoli qala’ daqqa fil-pexxul u qed intuh il-ħin biżżejjed biex jistrieħ u jiġi 100% tajjeb. Nista’ naċċerta lil kulħadd li se jkun eliġibbli wara l-waqfa li se jkollna f’Jannar.”
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com