L-istaġun pożittiv tal-midfielder Miralem Pjanić kien ikkonfermat hekk kif hu jinsab mal-aqwa tlieta fi statistika ppubblikata mill-UEFA.
Fil-fatt, f’dak li għandu x’jaqsam mal-assists f’logħob tas-Serie A, Miralem Pjanić jinsab fit-tielet post ta’ din il-klassifika. Bl-istess ammont tiegħu hemm ukoll Lorenzo Insigne, Fabio Quagliarella, Luis Alberto, Rodrigo De Paul, Stephan El Shaarawy kif ukoll Josip Iličić.
B’assist iktar minnhom wieħed isib lil Dries Mertens u lil Ivan Perišić filwaqt li Ciro Immobile u Antonio Candreva għandhom seba’ assists fuq isimhom.
Sors: UEFA
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com