Il-goalkeeper Pollakk ta’ Juventus, Wojciech Szczęsny, iddikjara li ma kellux għażla ħlief li jingħaqad ma’ Juventus, “għax meta jsejħulek Juventus, ma jkollokx għażla, l-għażla tkun diġà għamiltha.”
Iddikjara li hu għażel lil Juventus biex jirbaħ kull trofew possibbli. “Dak hu l-objettiv ta’ dan il-klabb.” Kompla wkoll li jħobb l-istabbiltà, “ninsab hawn għal snin twal.”
Mistoqsi dwar dan l-istaġun, fejn spiċċa jilgħab regolari minħabba injury ta’ Buffon, Wojciech Szczęsny qal hekk: “Sentejn ilu, wara Roma – Juventus kont biddilt il-flokk ma’ Buffon. F’dak il-mument kont l-iktar raġel kuntent tad-dinja. Li ningħaqad ma’ Juventus għalija kien test ta’ umiltà. Kont naf li se nkun is-sostitut tiegħu u żgur mhux xi diżunur, anzi. L-għażla tiegħi għamiltha għall-għaxar snin li ġejjin, mhux għal dan l-istaġun.”
Sors: TuttoJuve
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com