L-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala mistenni jkun disponibbli għal-logħba kontra Tottenham.

Fl-aħħar jiem jidher li l-Arġentin żied fl-intensità tat-taħriġ tiegħu u qed jiżdied iċ-ċans li jilgħab kontra Tottenham fil-logħba li jmiss taċ-Champions League.

Għalkemm wieħed irid jara jekk Massimiliano Allegri hux se jirriskjah, iċ-ċans kbir hu li għallinqas Dybala jkun fuq il-bank tas-sostituti.

Sors: Premium Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280