Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ċaħad li fil-midfield ta’ Juventus teżisti xi emerġenza minħabba l-injuries.
“Hemm il-possibbiltà li naraw lil Marchisio, imma Claudio lagħab ukoll il-Ħadd li għadda u 20 minuta oħra kontra Sassuolo minflok Matuidi,” iddikjara Allegri lill-ġurnalisti.
Madankollu, ikkjarifika li “m’hemm l-ebda emerġenza għaliex minbarra Cuadrado, nieqsa hemm ukoll Dybala, Höwedes u Matuidi, li lkoll konna nafu bihom. Il-kumplament irritornaw u allura hemm abbundanza.”
Sors: TuttoJuve
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com